Din il-ġimgħa Malta se tilqa' tifla Ukrena li għandha bżonn kura għall-kanċer

Dan apparti, fakkar il-Prim Ministru, fl-għajnuna oħra, fosthom il-mediċina li qed tintbagħad fl-Ukrajna minn Malta

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li din il-ġimgħa, se tasal Malta l-ewwel tifla Ukrena li se tkun qed tirċievi kura għall-kanċer.

Huwa ħabbar dan waqt attività organizzata mill-Kamra tal-SMEs. 

Fakkar li Malta mill-ewwel offriet li l-għajnuna tagħha anke biex toffri kura onkoloġika lil dawk l-Ukreni li qed jaħarbu minn pajjiżhom u li huma morda bil-kanċer. 

Dan apparti, fakkar Abela, fl-għajnuna oħra, fosthom il-mediċina li qed tintbagħad fl-Ukrajna minn Malta.

Il-ġimgħa li għaddiet, Abela qal li Malta qed toffri l-ażil lil 26 persuna li ħarbet mill-Ukrajna.

More in Politika