'Il-kunċett ta' femiċidju issa ntrodott fil-Kodiċi Kriminali ta' Malta' - Prim Ministru Abela

Iktar dettalji se jkunu qegħdin jinatgħu fil-jiem li ġejjin sabiex il-proċess parlamentari jibda mill-aktar fis

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar permezz tal-midja soċjali li l-kunċett ta' femiċidju se jkun introdott fil-Kodiċi Kriminali ta' Malta. 

Skont Abela dan hu "frott ta’ djalogu li kellna mas-soċjetà ċivili," li issa waslet sabiex "il-Kabinett approva bidliet biex insaħħu l-ġlieda tagħna fejn tidħol vjolenza bbażata fuq il-ġeneru."

Iktar dettalji se jkunu qegħdin jinatgħu fil-jiem li ġejjin sabiex il-proċess parlamentari jibda mill-aktar fis.

Id-direttur tal-Women’s Rights Foundation, Lara Dimitrijevic kienet fost dawk li tkellmet dwar dan anke mal-gazzetta ILLUM. 

Il-Ħadd li għadda, Dimitrijevic fakkret mal-ILLUM li f’Malta diġà għadna ċertu dispożizzjonijiet fil-liġi fejn ċertu reati abbażi tal-ġeneru huma ta’ motivazzjoni sabiex tiżdied il-piena tal-akkużat. Intant, bħal ma nafu li l-omiċidju huwa piena ta’ għomor fil-ħabs, “għandna nibdew nirikonoxxu qtil kawża ta’ misoġinija awtomatikament bħala femiċidju.” 

Segwi l-intervista sħiħa ma' Lara Dimitrijevic fuq illum.com.mt iktar tard illum.

More in Politika