Sitt persuni jmutu waqt li pożittivi għall-Covid-19 iżda s-sitwazzjoni fl-ITU tibqa' stabbli

L-għadd ta' pazjenti f'Mater Dei naqas għal 94

Sitt persuni oħra tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19, hekk kif il-mewġa ta' mwiet tkompli.

Il-persuni li tilfu ħajjithom fl-aħħar sigħat huma tlett irġiel ta' 47, 75 u 79 sena u tliet nisa ta' 75, 79 u 97 sena.

Dan ifisser li total ta' 520 persuna tilfu ħajjithom bil-Covid-19.

Intant, fl-aħħar 24 siegħa nstabu 286 każ ġdid filwaqt li fiequ 552 persuna.

Dan ifisser li l-każi attivi reġgħu naqsu biex issa jlaħħqu 8,698 każ.

L-għadd ta' pazjenti f'Mater Dei naqas għal 94 iżda l-għadd ta' pazjenti fl-ITU baqa' l-istess, jiġifieri tmienja.

315,683 persuna issa ħadu wkoll il-booster tal-vaċċin.

More in Politika