Ħames persuni oħra jitilfu ħajjithom bil-Covid-19; Il-każi attivi jinżlu taħt id-9,000

Fl-isptar għad hemm 102 persuni morda bil-virus, filwaqt li fl-ITU hemm tmienja

Ħames persuni oħra tilfu ħajjithom fl-aħħar 24 siegħa hekk kif in-numru ta' vittmi bil-Covid-19 reġa' beda jiżdied fl-aħħar jiem. Minn meta faqqgħet il-pandemija, 514-il persuna tilfu ħajjithom wara li ġew infettati bil-virus.

Dawk li mietu fl-aħħar sigħat huma erba' anzjani nisa li għandhom 70, 77, 82 u 92 sena u anke anzjan ta' 77 sena.

Intant, il-każi attivi komplew jonqsu hekk kif fl-aħħar sigħat instabu 342 każ ġdid iżda fiequ 548 persuna.

Fil-fatt, bħalissa f'Malta hawn 8,970 persuna marida bil-Covid-19.

Fl-isptar għad hemm 102 persuni morda bil-virus, filwaqt li fl-ITU hemm tmienja.

313,060 persuna issa huma mlaqqma wkoll bil-booster.

More in Politika