'Huwa essenzjali li jkollna l-Air Malta ... kien wasal iż-żmien li jittieħdu deċiżjonijiet diffiċli'

L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu tisħaq li l-gżejjer Maltin jixiriqlhom linja tal-ajru li taħdem b’mod effiċjenti u li tkun sostenibbli,

L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu (GTA) saħqet li kien wasal iż-żmien li jittieħdu miżuri diffiċli biex ikun assigurat li l-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, ssalva u taħdem b’mod aktar effiċjenti.

Fi stqarrija, b’reazzjoni għall-pjan ta’ ristrutturar li tħabbar nhar il-Ġimgħa, il-GTA saħqet li taqbel mal-kummenti tal-Ministru Clyde Caruana u maċ-Chairperson tal-Air Malta, Davi Curmi, meta saħqu li l-linja nazzjonali tal-ajru għandha tieħu biss deċiżjonijiet li jagħmlu sens kummerċjalment.

Insistiew li huwa importanti u essenzjali li Malta jkollha linja nazzjonali tal-ajru u saħqu li l-pajjiż ma jistax jaffordja li jispiċċa jiddependi biss fuq linji tal-ajru oħra.

“Huwa essenzjali u imperattiv li jkollna linja nazzjonali tal-ajru. Madanakollu, il-gżejjer tagħna jixiriqilhom linja tal-ajru li taħdem b’mod effiċjenti u li tkun sostenibbli,” temmet tgħid l-istqarrija.

Aqra wkoll:

More in Politika