Erba' anzjani jmutu bil-Covid-19 iżda jibqgħu jfiqu aktar pazjenti milli jinstabu każi ġodda

Disa' persuni bħalissa jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Ispatra Mater Dei

Erba' anzjani tilfu ħajjithom fl-aħħar 24 siegħa waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dawn huma tlett irġiel ta' 77, 87 u 88 sena u anke anzjana ta' 86 sena.

Dan ifisser li b'kollox 496 persuna sfaw vittma tal-Covid-19 f'Malta fl-aħħar sentejn.

Ħdejn l-aħħar jiem, il-każi l-ġodda reġgħu żdiedu xi ftit biex fl-aħħar 24 siegħa nstabu 673 każ ġdid. Madanakollu, hekk kif ġara fl-aħħar jiem, fiequ aktar pazjenti milli nstabu każi ġodda.

Fil-fatt, 1,179 persuna ġew ikkonfermati mfejqa.

Fl-aħħar 24 siegħa, niżlu għal 116-il pazjenti f'Mater Dei iżda dawk rikoverati fl-ITU baqgħu disgħa. Dan minn 13,104 każi attivi.

288,561 persuna issa ħadu l-booster tal-vaċċin, biex hekk 67% tal-popolazzjoni issa hija mlaqqma wkoll bid-doża addizzjonali. 

More in Politika