Fearne jħabbar li 67% tal-każi ġodda tal-coronavirus huma tal-varjant Omricron

Dan ġie mħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne filwaqt li ħeġġeġ lin-nies biex jieħdu l-booster

Omicron issa dominanti f'Malta. Dan ġie mħabbar mill-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fejn qal li 67% tal-każi ġodda f'Malta huma dawk Omicron.

"Mill-inqas żewġ terzi tal-każijiet ġodda ta’ COVID-19 sekwenzati f’Malta huma kkawżati mill-varjant Omicron," qal il-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne.

"Il-booster jibqa' ta' importanza vitali," temm jgħid Fearne filwaqt ħeġġeġ lin-nies biex jitlaqqmu.

Dan il-varjant għolla rasu l-ewwel darba f'Malta fit-23 ta' Diċembru. Dakinhar permezz ta' konferenza tal-aħbarijiet, Chris Fearne ħabbar illi hawn l-ewwel żewġ każijiet tal-Omicron f'pajjiżna.

Omicron, li ġie skopert għall-ewwel darba fl-Afrika t'Isfel, huwa varjant li jista' jinfirex aktar malajr iżda jidher li s-sintomi huma ħfief.

More in Politika