1,403 każi ġodda ta' Covid-19, persuna oħra titlef ħajjitha u l-attivi jitilgħu għal 11,441

Dawk li huma pożittivi u jinsabu l-Isptar jitilgħu għal 100 u dawk fl-ITU u li huma pożittivi jgħoddu tmienja

Il-każi attivi ta' Covid-19 f'pajjiżna reġgħu telgħu għal 11,441 hekk kif il-każi ġodda baqgħu jiżdiedu għal 1,403 fl-aħħar 24 siegħa, filwaqt li fiequ 98 persuna. 

Sfortunatament persuna oħra li kienet pożittiva għall-Covid-19 tilfet ħajjtha - anzjan ta' 62 sena. Il-każi ta' persuni fl-Isptar li huma pożittivi telgħu għal 100, filwaqt li tnejn oħra daħlu l-ITU, biex it-total ta' persuni fl-ITU li huma pożittivi issa tela' għal tmienja. 

Intant sa issa 213,816-il persuna ħadet id-doża tal-Booster tal-Vaċċin. 

More in Politika