L-MPU b'direttiva biex il-Pulizija li għadhom ma ngħatawx il-booster ma jidħlux f'binjiet waqt l-ispezzjonijiet

L-MPU qed tisħaq li l-Pulizija kollha għandhom jiġu offruti l-booster qabel il-festi tal-Milied

Il-Malta Police Union ħarġet direttivi għall-Pulizija għax qed tinsisti li l-uffiċjali kollha fil-Korp għandhom jieħdu l-booster tal-vaċċin kontra l-Covid-19 qabel żmien il-Milied.

Fi kliemha, minkejja li ħarġet direttivi u semmgħet leħinha, din il-kwistjoni għadha mhijiex solvuta.

Għalhekk qed tordna lil dawk il-Pulizija li għadhom ma ngħatawx il-booster tal-vaċċin, biex waqt l-ispezzjonijiet li jagħmlu, tkun xi tkun, ma jidħlux f'binjiet jew stabbilimenti, sakemm ma jkunx hemm xi talba għall-għajnuna jew inkella sakemm il-każ ma jkunx wieħed urġenti u ta' periklu għas-sigurtà ta' persuni oħra.

Saħqet li din id-direttiva tibqa' fis-seħħ għal dawk il-membri tagħha li jkunu għadhom ma ħadux il-booster, iżda ma tgħoddx għal dawk li jagħżlu li ma jiħdux il-vaċċin.

More in Politika