L-UE u ż-żona Ewro mimlija defiċit u dejn... Malta fost il-pajjiżi bl-ogħla rata ta' defiċit

.... u l-Greċja, l-Italja, il-Portugal, Spanja, Ċipru u Franza b'fost l-ogħla rati ta' dejn, skont ċifri tal-Eurostat

Malta rreġistrat fost l-ogħla defiċits fiż-żona Ewro kif ukoll fl-Unjoni Ewropea matul l-2020, skont ċifri tal-Eurostat. Fil-fatt l-ogħla defiċit kien dak irresġistrat fi Spanja b'-11%, il-Greċja  b'-10.1%, Malta b'-9.7%, l-Italja b'-9.6%, ir-Rumanija b'-9.4%  u l-Belġju u Franza b'-9.1%. 

Dan fid-dawl tal-fatt li d-defiċit fil-fatt żdied b'mod sinjifikanti fl-Unjoni Ewropea kollha - inkluż fiż-żona Ewro. Fil-fatt id-defiċit fil-pajjiżi taż-żona Ewro żdied minn 0.6% fl-2019 għal 7.2% tal-Prodott Gross Domestiku fl-2020, filwaqt li fil-pajjiżi kollha tal-UE żdied minn 0.5% għal 6.9%. Id-dejn żdied minn 83.6% tal-Prodott Gross Domestiku fl-2019 għal 97.3% tal-Prodott Gross Domestiku fl-2020, fiż-żona Ewro. Fl-UE id-dejn żdied minn 77.2% tal-Prodott Gross Domestiku għal 90.1%. 

Fil-pajjiżi kollha tal-UE d-defiċit qabeż it-3% ħlief fid-Danimarka (-0.2%) u l-Iżvezja (-2.8%).

Sal-aħħar tas-sena 2020 l-inqas dejn kien dak fl-Estonja b'19%, il-Bulgarija b'24.7%, il-Lussemburgu b'24.8%, iċ-Ċekja b'37.7% u l-Iżvezja b'39.7% tal-Prodott Gross Domestiku. 

Il-pajjiżi bl-ogħla rata ta' dejn kienu l-Greċja b'206.3%, l-Italja b'155.6%, il-Portugal b'135.2%, Spanja b'120%, Ċipru b'115.3% u Franza b'112.8% tal-Prodott Gross Dmestiku. 

More in Politika