Sewwieq ta' mutur fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll u ħabat ma' arblu

L-inċident seħħ matul il-lejl li għadda fit-triq li mir-Rabat tagħti għaż-Żebbuġ

 

Sewwieq ta' mutur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll u ħabat ma' arblu.

Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-2am, fi Triq ir-Rabat, iż-Żebbuġ.

Is-sewwieq tal-mutur għandu 38 sena u huwa residenti ż-Żebbuġ.

Malli ddaħħal fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

Ritratt: Mill-Arkivji

More in Politika