Anzjana ta' 84 sena tmut bil-Covid-19; Il-każi attivi jkomplu jonqsu hekk kif ifiqu 79 persuna

Fl-isptar bħalissa hemm 25 pazjent bil-Covid-19 filwaqt li erbgħa minnhom jinsabu fl-ITU

Anzjana ta' 84 sena tilfet ħajjitha waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19, biex hekk l-għadd ta' vittmi tal-pandemija tela' għal 453.

Mill-banda l-oħra, il-każi attivi komplew jonqsu hekk kif instabu 27 każ ġdid iżda fiequ 79 persuna.

Fil-fatt, bħalissa hawn f'Malta 643 każ attiv ta' Covid-19.

Fl-isptar bħalissa hemm 25 pazjent bil-Covid-19 filwaqt li erbgħa minnhom jinsabu fl-ITU.

4,477 persuna diġà ħadu l-booster tal-vaċċin hekk kif issa tlesta t-tilqim bid-doża addizzjonali fost l-anzjani residenti fi djar ta' kura.

More in Politika