Sett ieħor ta' ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa se jintbagħtu fil-jiem li ġejjin

Ħabbar dan il-Prim Ministru waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni qabel il-baġit

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li fil-jiem li ġejjin, il-Gvern se jkun qed jerġa’ jibgħat sett ieħor ta’ ċekkijiet tar-rifużjoni tat-taxxa.

Waqt laqgħa ta’ konsultazzjoni qabel il-baġit, il-Prim Ministru qal li madwar 250,000 persuna se jkunu qed jibbenefikaw minn din il-miżura.

Minkejja dan, ma tax id-dettalji ta’ kemm se jkunu l-ammonti.

Din il-miżura kienet wiegħda elettorali tal-Partit Laburista u din se tkun ir-raba’ senza konsekuttiva li se tkun implimentata.

The measure was an electoral pledge, with this year set to be the fourth consecutive year that it was implemented.

Il-Prim Ministru qal ukoll li din il-miżura se tkun qed tfisser injezzjoni ta’ €17-il miljun fl-ekonomija.

More in Politika