723 każ attiv ta' Covid-19 iżda l-għadd ta' persuni fl-isptar jibqa' baxx

Sa issa 2,240 persuna ħadu l-booster tal-vaċċin hekk kif mil-lum bdew jirċevu t-tielet doża tal-vaċċin anke dawk il-persuni li minħabba kura li qed jirċievu jew kundizzjonijiet li jbatu minnhom, l-immunità tagħhom hija waħda baxxa

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li Malta għandha issa 723 każ attiv ta' Covid-19. Minkejja dan, l-ammont ta' persuni fl-isptar għadu wieħed baxx.

Fil-fatt bħalissa f'Mater Dei hemm 35 pazjent bil-Covid-19, b'erba' persuni jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU).

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 35 każ ġdid ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 43 persuna.

2,240 persuna ħadu l-booster tal-vaċċin.

Mil-lum, apparti l-anzjani residenti fi djar ta' kura, bdew jingħataw il-booster anke dawk il-persuni li minħabba kura li qed jirċievu jew kundizzjonijiet li jbatu minnhom, l-immunità tagħhom hija waħda baxxa.

More in Politika