745 każ attiv ta' Covid-19 iżda 32 persuna biss fl-isptar; Il-każi l-ġodda jinżlu għal 30

1,320 anzjan ħadu l-booster tal-vaċċin

Malta għandha bħalissa 745 każ attiv ta' Covid-19 iżda l-għadd ta' pazjenti fl-isptar Mater Dei jibqa' wieħed baxx, hekk kif b'kollox hemm rikoverati 32 persuna.

Minn dawn, tlieta jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 30 każ ġdod ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 28 persuna oħra.

Intant, 1,320 anzjan u anzjana diġà ħadu l-booster tal-vaċċin kontra l-Covid-19.

More in Politika