Raġel ta' 77 sena jmut bil-Covid-19: 53 każ ġdid u jfiqu 31

Fl-isptar hemm total ta' 31 pazjent u tnejn minnhom għadhom jinsabu fl-ITU

Raġel ta' 77 sena tilef ħajtu fl-aħħar 24 siegħa waqt li kien pożittiv għall-Covid-19. Dan ifisser li Malta għandha 446 vittma minn meta feġgġet il-Covid-19.

Madankollu. fl-aħħar 24 siegħa wkoll instabu 53 każi attivi tal-Covid-19 filwaqt li 31 pazjent ġew imfejqa li jwassal biex f'Malta hawn 743 persuni pożittivi għall-Covid-19.

Fl-isptar hemm total ta' 31 pazjent u tnejn minnhom għadhom jinsabu fl-ITU.

Intant in-numru ta' nies ivvaċinati kompla tiela' biex sal-bieraħ kien ilaħħaq 802,042, b'1.257 vaċċin amministrati lill-anzjani residenti fi djar ta' kura, bħala boosters.

 

 

More in Politika