Is-Sindku ta' Wied il-Għajn jakkuża lil Jean Claude Micallef li qed jigdeb dwaru

Id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef ħadha kontra l-proposta għal marina f'Wied il-Għajn u saħansitra qal li minn wara dahar il-kunsilliera sar sottokumitat għar-riġenerazzjoni ta' Wied il-Għajn

Is-Sindku Laburista ta' Wied il-Għajn, Mario Calleja fetaħ il-kanuni kontra d-Deputat Jean Claude Micallef wara l-intervista tiegħu mal-gazzetta ILLUM fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda waqt il-proposta kontroversjali għall-jott marina.

Calleja insista li Micallef qed jigdeb dwaru "biex mingħalih jidher ħelu ma' xi wħud."

Insista li mhuwiex minnu li fil-Kunsill Lokali ta' Wied il-Għajn inħoloq sotto kumitat minn wara dahar il-Kunsilliera. 

Qal li filwaqt l jiċħad kategorikament dan kollu, qed jesebixxi parti mill-minuti ta' laqgħa numru 15 li saret f'Awwissu 2020.

"Jean Claude, jekk taħseb li l-politika tat-taħwid u gideb ser tmexxik 'il quddiem sejjer wisq żbaljat," temm jgħid is-Sindku.

Aqra hawn l-intervista kollha mad-Deputat Jean Claude Micallef.

More in Politika