Anke l-PM vittma ta' emails foloz; Jisħaq li se tkun qed tissaħħaħ il-ġlieda kontra attakki simili

Abela saħaq li dawn l-atti mhux biss huma kundannabbli, iżda m’għandhom l-ebda post fis-soċjetà

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li anke hu kien vittma ta' emails foloz li fil-15 ta' Awwissu ntbagħtu f'ismu lil xi ġurnalisti.

Dan huwa wieħed minn sensiela ta' attentati simili oħra li seħħew fl-aħħar ġimgħat.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru qal li kien sar rapport lill-Malta Information and Technology Agency (MITA). 

"Il-fatt li fl-aħħar jiem kien hemm attentati biex pubblikament jinbnew numru ta’ artikli maħsuba speċifikament biex iqarrqu bil-pubbliku li jkun qed jaqra u jsegwi, hu ta’ tħassib," kompla l-Prim Ministru.

Qal li se jitlob lin-National Cybersecurity Committee biex juża l-għarfien tal-membri fi ħdanu, u l-fatt li jiġbor fih l-istakeholders kollha, biex joħroġ bi proposti dwar kif tista’ tissaħħaħ il-ġlieda kontra atti bħal dawn. 

"Dawn l-atti mhux biss huma kundannabbli, iżda m’għandhom l-ebda post fis-soċjetà," temm jgħid Abela.

Aqra wkoll:

More in Politika