Il-Kamra tan-Negozju Għawdxija trid li jsir air link ukoll bejn Malta u Għawdex

Tressaq numru ta' proposti għall-Baġit b'diversi jkunu marbutin mal-użu tal-karozzi elettriċi...

Prattiċi li kienu jgawdu minnhom persuni ta' kull lewn
Prattiċi li kienu jgawdu minnhom persuni ta' kull lewn

Il-Kamra tan-Negozju Għawdxija qed tipproponi li apparti l-vapur u issa l-fast ferry jinbeda l-proċess biex isir airlink filwaqt li jkompli l-proċess biex isir link permanenti bejn Malta u Għawdex, jiġifieri l-mina proposta bejn in-Nadur u l-Wied tal-Pwales, qirb Limbordin. 

Qed tipproponi wkoll li jiżdiedu l-inċentivi biex ir-residenti f'Għawdex jaqilbu għal karozzi elettriċi permezz ta' rifużjonijiet aħjar meta tinxtara karozza elettrika u rati aħjar għad-djar Għawdxin meta jiċċarġjaw il-karozzi tagħhom fi djarhom stess

Fi stqarrija bi proposti għall-Baġit li se jitressaq aktar tard din is-sena l-Kamra pproponiet li jitnaqqas in-noll tal-vapur għal dawk ir-residenti Maltin li jaqsmu lejn Għawdex permezz ta’ karozza elettrika u jkun hemm rati aħjar meta r-residenti Maltin jiċċarġjaw il-vettura tagħhom fuq infrastruttura pubblika f’Għawdex. Qed jipproponu wkoll li sistema tat-trasport pubbliku f’Għawdex tinqaleb kompletament biex jintużaw vetturi elettriċi iżgħar u li jkunu aktar frekwenti.

Il-Kamra tan-Negozju Għawdxija qed tipproponi wkoll li jinbeda l-proċess għal sptar ġdid f’Għawdex li jikkumplimenta l-investiment magħmul fil-Kampus ta’ Għawdex tal-Queen Mary University of London kif ukoll li tinħoloq fakultà speċjalizzata f’Għawdex li tiffoka fuq l-ekonomija l-ħadra u setturi assoċjati. 

More in Politika