Muscat dwar Schembri: 'L-investigaturi fil-qtil ta' Daphne qatt u b'ebda mod ma semmew ismu miegħi'

Joseph Muscat jgħid li hu mhux se jkun kompliċi ma' min irid "idendel lin-nies mill-arbli" kull xahar, f'referenza għall-PN u l-assassinju tal-karattru

Joseph Muscat
Joseph Muscat

L-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat iddefenda lil Keith Schembri u qal li dan ħa ħafna deċiżjonijiet "b'intenzjonijiet ġenwini." Huwa sostna li se jkun iż-żmien li jagħti parir dwar l-irwol ta' Schembri u li hu la se jarmih u lanqas se jiġġudikah qabel ma jkunu ħarġu l-fatti kollha. "Jiena mhux se narmi lil Keith Schembri," insista Muscat, fit-tieni parti tal-intervista li kellu u li llum ġiet ppubblikata fuq The Sunday Times. 

Kien hawn li qal li dwar l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia "li hu żgur huwa li li l-investigaturi qatt, b'ebda mod, ma semmew lil Keith Schembri miegħi. Qatt."

Huwa qal li jemmen li l-ġudizzju tiegħu tan-nies kien ġeneralment tajjeb imma jista' jkun li kien hemm nies li ma kellux raġun dwarhom, "imma jiena mhux se narmi lil Keith Schembri għax huwa l-magħżul tax-xahar (għall-assassinju tal-karattru), speċjalment meta tikkunsidra minn xhiex għaddej," reġa' sostna Muscat. 

Aktar kmieni huwa qal ukoll li hu dejjem kellu fiduċja fin-nies li appunta u allura mhux se jkun kompliċi "ma' dawk li jridu jdendlu lin-nies mil-arbli għax huma l-magħżulin tax-xahar. Jiena ma narmix nies!" Huwa qal li mhux se jiġġudika lin-nies fuq messaġġi li jkunu bagħtu - meta mistoqsi dwar Edward Zammit Lewis, Rosianne Cutajar u oħrajn. "Uħud minn dawk li ħbaljaw qed jiffaċċjaw il-ġustizzja, wieħed mill-każi huwa dwar allegat korruzzjoni f'The Times," sostna Muscat. 

L-eks PM Joseph Muscat ammetta li għal xi żmien qata' l-kuntatti ma' Keith Schembri - għalkemm ma tax raġuni għalfejn. Minn naħa l-oħra qal ukoll li meta sema' bis-sitwazzjoni ta' mard huwa reġa' fetaħ kuntatt miegħu. 

More in Politika