'Se nibqa' ndejqek u kif talli pproteġejt lil Konrad Mizzi, Keith Schembri u mort tissoċjalizza ma' Yorgen'

Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola jisħaq li se jibqa' jdejjaq lil Joseph Muscat "sakemm issir ġustizzja"

Arnold Cassola
Arnold Cassola

Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola qal illi l-eks PM Joseph Muscat jista' jserraħ rasu li hu se jibqa' jdejqu għall-iżbalji u għal azzjonijietu. "Se nibqa' ndejqek u kif...talli pproteġejt lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri meta kienu qed jisirquna u talli mort tissoċjalizza ma' Yorgen Fenech meta dan ukoll kien qed jixxaħħam u jisraq u stidintu għal festin meta kien suspettat f'assassinju."

Cassola sostna illi Muscat ffaċilità il-ftehim tal-Electrogas, mal-VGH, ma' Sadeen u dak f'Montenegro u għalhekk wiegħed li "sakemm issir il-ġustizzja kun ċert li se nibqa' ndejqek ... u kif!"

Cassola kien qed jagħmel referenza għar-risposta ta' Muscat f'intervista ppubblikata illum fuq il-ġurnal The Times illi fiha qal li ma jeskludix li jerġa' jkun fil-politika jekk jibqgħu idejquh biex joħroġ, għalkemm eskluda li se jkun kandidat fl-elezzjoni li jmiss jew li jaċċetta karigi fil-Gvern. 

Ara hawnhekk x'qal Muscat dwar id-deċiżjoni tal-FATF.

 

More in Politika