Il-każi jitilgħu għal 101 imma b'119 ifiqu l-każi attivi xorta jibqgħu neżlin

Il-persuni fl-Isptar jinżlu għal 36 b'erbgħa minnhom ikunu fl-ITU

Il-każi attivi tal-Covid-19 komplew jonqsu hekk kif fiequ 119-il persuna oħra, filwaqt iżda li rriżultaw 101 persuna minn total ta' 3,597 swab test. Dan ifisser li fl-aħħar 24 siegħa r-rata ta' pożittività għall-virus kienet ta' 2.8%. 

In-numru ta' persuni fl-Isptar niżel għal 36, b'erbgħa minnhom ikunu pazjnti fl-ITU. 

Intant in-numru ta' nies ivvaċinati kompla tiela' biex sal-bieraħ kien ilaħħaq 782,600, b'403,025-il persuna jkunu ħadu wkoll it-tieni doża.  

More in Politika