Il-Gvern iħeġġeġ lil min ħa l-vaċċin Johnson biex jerġa' jniżżel iċ-ċertifikat jekk se jsiefer

Dawn wara li kienu rrapportati xi problemi ta' verifika f'diversi pajjiżi...

L-awtoritajiet għas-saħħa rrisolvew problemi tekniċi b’rabta maċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-COVID-19 ta’ persuni li ħadu t-tilqima tal-Johnson & Johnson. Dan wara li kienu rrappurtati problemi ta’ verifika f’diversi pajjiżi Ewropej.

Din is-soluzzjoni se tiġi riflessa f’update tal-barcode li jinsab fuq iċ-ċertifikat tal-vaċċin, meta wieħed jagħmel re-print taċ-ċertifikat tal-vaċċin minn fuq is-sit certifikatvaccin.gov.mt. L-awtoritajiet għas-saħħa qed jappellaw sabiex dan iċ-ċertifikat jerġa’ jitniżżel speċjalment jekk iċ-ċertifikat se jintuża barra minn Malta. 

Għal iżjed assistenza wieħed għandu jċempel lill-helpline 145.

More in Politika