Il-każi attivi tal-Covid-19 ikomplu jonqsu iżda jmutu żewġ anzjani oħra fl-aħħar 24 siegħa

Bħalissa f'Malta hawn 878 persuna pożittiva għall-Covid-19

Il-każi attivi tal-Covid-19 komplew jonqsu hekk kif fl-aħħar 24 siegħa nstabu 56 każ ġdid ta' Covid-19 u fiequ 121 pazjent ieħor.

Fl-aħħar 24 siegħa, tilfu ħajjithom żewġ pazjenti oħra pożittivi għall-virus, anzjan ta' 63 sena u anzjana ta' 71 sena li fl-aħħar jiem kienu Mater Dei. Dan ifisser li l-għadd tal-vittmi żdied għal 428.

Dan ifisser li bħalissa f'Malta hawn 878 persuna pożittiva għall-Covid-19.

Ilbieraħ saru 2,615-il test. 

Il-pazjenti fl-isptar żdiedu wkoll bi ftit, hekk kif bħalissa hemm rikoverati 38 pazjent. Ħames persuni jinsabu rikoverati fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Intant, kompla wkoll it-tilqim biex issa Malta għandha 396,160 persuna mlaqqma kompletament, filwaqt li 404,461 persuna ħadu mqar doża waħda.

Mill-aħħar ta' Diċembru 'l hawn, Malta amministrat 774,907 dożi tal-vaċċin. 

More in Politika