Il-każi attivi jkomplu jonqsu hekk kif jinstabu 64 każ ġdid u jfiqu 168

Fl-isptar il-pazjenti żdiedu għal 37 u ħamsa għadhom rikoverati fl-ITU

Il-każi attivi komplew jonqsu hekk kif fl-aħħar 24 siegħa fiequ 168 persuna u nstabu 64 każ ġdid.

Fil-fatt, għal dawn l-aħħar jiem, l-għadd ta' persuni li fiequ, dejjem qabeż l-għadd ta' każi ġodda, b'dawn tal-aħħar jidher li qed jonsqu.

Il-każi l-ġodda nstabu minn fost 2,762 test li saru lbieraħ.

Intant, l-għadd ta' pazjenti fl-isptar żdied għal 37 persuna, b'ħames persuni jibqgħu rikoverati fl-ITU.

It-tilqim jibqa' għaddej b'ritmu tajjeb immens hekk kif sa issa 382,825 persuna huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19.

399,724 persuna qed jistennew it-tieni doża.

B'kollox Malta amministrat 760,417-il doża tal-vaċċin.

More in Politika