40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti

40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti

40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta’ €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f’apparat u tagħmir aktar effiċjenti.

Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b’kollaborazzjoni ma’ Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl-għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta’ dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment.

F’ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b’tifkira tal-investiment li għamlu.

Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b’saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta’ enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati.

“Huwa ta’ sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela”, qalet il-Ministru Miriam Dalli.

Spjegat ukoll li b’kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal-€100,000 f’kontijiet tal-enerġija fis-sena.

Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass ‘il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f’enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta’ dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta’ organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa’ jkun investit fil-komunità.

“L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f’kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is-settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b’saħħtu”, qal is-Segretarju Parlamentari.

Permezz ta’ din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f’emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda,

More in Politika