Il-każi attivi jibqgħu jonqsu hekk kif 199 persuna tfieq u jirriżultaw 111 każ ġdid ta' Covid-19

Sal-bieraħ kienu ngħataw 755,655 doża tal-vaċċin

Il-każi attivi komplew neżlin għal taħt l-2,000 - biex issa jinsabu f'total ta' 1,972 - anke jekk fl-aħħar 24 siegħa kien hemm total ta' 111-il persuna li rriżultat pożittiv għall-Covid-19.  Dan kien sforz 199 persuna li fiequ minn dan l-istess virus fl-istess perjodu ta' żmien. 

Intant ma kienu rreġistrati ebda imwiet fl-aħħar sigħat filwaqt li d-dożi tal-vaċċin mogħtija telgħu għal 755,655.

 

More in Politika