'Daphne u xogħolha jibqgħu jgħixu sabiex jiżguraw li l-effett ta' din l-inkjesta ikunu dejjiema'

Il-fondazzjoni Daphne Caruana Galizia jappellaw lill-Gvern biex jippubblika pjan ta' azzjoni mingħajr dewmien.

Il-familja ta' Daphne Caruana Galizia jilqgħu l-konklużjoni li ħarġet mir-rapport tal-Inkjesta billi jgħidu li "s-sejbiet tal-Inkjesta jikkonfermaw il-ħsibijiet li kellha l-familja mill-mument li Daphne ġiet assassinata."

Il-familja tgħid li l-assassinju tagħha kien riżultat dirett tal-kollass tas-saltna tad-dritt u l-impunità li l-Istat ipprovda lill-għanqbuta korrotta li kienet qed tirrapporta dwarha.

Huma stqarru li qegħdin jitammaw li s-sejbiet ta' Caruana Galizia jwasslu għar-restawr tas-saltna tad-dritt, protezzjoni effettiva għall-ġurnalisti, u tmiem għall-impunità li l-uffiċjali korrotti komplew igawdu minn fuqha. "Daphne u xogħolha jibqgħu jgħixu biex jiżguraw li  l-effett ta' din l-inkjesta ikollha effett dejjiem.”

Il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia jappellaw lill-Gvern biex jippubblika pjan ta' azzjoni mingħajr dewmien.

Id-dikrazzjoni tal-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia, min-naħa l-oħra tgħid li l-Gvern Malti ppubblika l-inkjesta, aktar minn sentejn wara l-assassinju, taħt theddida ta’ proċeduri legali mill-familja u quddiem pressjoni internazzjonali. Qalu wkoll li s-sejbiet tal-inkjesta jqawwu l-pressjoni fuq Malta biex ddaħħal fis-seħħ riforma li tipproteġi l-ħajja tal-ġurnalisti u kritiċi oħra.

 “Dan ir-rapport huwa monumentali fil-kampanja biex jiġi żgurat li l-Istat Malti jinżamm responsabbli għall-protezzjoni tal-ġurnalisti. Nappellaw lill-Gvern biex jaċċetta r-rakkomandazzjonijiet tal-Inkjesta u li jippubblika l-pjan ta' azzjoni mingħajr dewmien. Din hija opportunità storika biex tkun żgurata bidla reali għas-sigurtà tal-ġurnalisti u għal proċess ta' fejqan nazzjonali wara l-assassinju trawmatiku ta’ Daphne Caruana Galizia fis-16 ta 'Ottubru 2017"

Ara wkoll:

More in Politika