Bernard Grech jgħid li kull Ministru li kien fil-Kabinett ta' Muscat għandu jitkeċċa

...jgħid li Joseph Muscat għandu jitkeċċa mill-Labour u jitneżża' minn kull unur mogħti lilu mill-Istat

Bernard Grech
Bernard Grech

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech appella lill-Prim Ministru biex jikkundanna lil Joseph Muscat. "Il-konklużjonijiet tal-lum juruna li l-istat kien responsabbli għall-impunità. Huwa fakkar li l-impunità tfisser li l-kriminali jkunu moħħhom mistrieħ, "li moħħhom mistrieħ li se jkun hemm min jgħattilhom.  Dak li ġara lil Daphne Caruana Galzia jindika li għandna problemi serji ta' ġustizzja - ghax il-ġustizzja tipproteġi lil min għansu s-saħħa."

Il-Kap tal-PN Bernard Grech kien qed jirreaġixxi għar-rapport ta' inkjesta pubblika fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia li kien ippubblikat iktar kmieni llum. 

"Joseph Muscat żamm lil Konrad Mizzi u Keith Schembri ma djulu u baqgħu kollha jipproteġuhom u jgħinuhom, inkluż Robert Abela. Minflok għażlu lil Malta, għażlu lil sħabhom il-kriminali," sostna Grech li qal ukoll li kull Ministru fil-Kabinett ta' Muscat ma jistax jiġi aktar skużat u kull min kien fil-Kabinett ta' Muscat għandu jitkeċċa mill-Kabinett kurrenti. 

"Ħa naraw xi skuża se jsib biex iżommhom lil dawn il-membri fil-Kabinett," irrimarka Grech. 

"Min irid jikxef il-verità għandu jsb lill-istat jipproteġih mhux ifixklu, min irid jitkellem u jesprimi ruħu għand jagħmel dan, mingħajr ma jibża' minn xi transfer," sostna Grech. 

Filwaqt li talab lill-Prim Ministru jitlob apoloġija - kif fil-fatt ftit wara hekk għamel Abela - qal ukoll li l-PM għandu jammetti li "Joseph Muscat wassalna f'dan l-istat u jkeċċieh mill-Partit Laburista, filwaqt li jneħħilu kull unur mogħti mill-istat," temm jgħid il-Kap tal-PN Bernard Grech.

More in Politika