Malta se tagħti donazzjoni ta’ 20,000 kit tar-Rapid Antigen Test lit-Tuneżija

Fl-aħħar jiem u ġimgħat żdiedu drastikament il-każi minħabba l-varjant Delta

Malta se tagħti donazzjoni ta’ 20,000 kit tar-Rapid Antigen Test lit-Tunesija.

Ħabbar dan l-Uffiċċju tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, wara li dan il-pajjiż, ġar ta' Malta, ġie milqut mill-varjant Delta.

Tant hu hekk li fl-aħħar jiem u ġimgħat żdiedu drastikament il-każi, b'aktar minn 2,300 każ misjuba fl-aħħar 24 siegħa filwaqt li mietu 139 persuna.

Minn meta feħħet il-pandemija, fit-Tuneżija kien hemm aktar minn 558,306 każi ta' Covid-19 u mietu aktar minn 18,000 persuna.

More in Politika