Il-każi attivi jkomplu jiżdiedu iżda l-pazjenti fl-isptar jibqgħu 18; 146 każ ġdid ta' Covid-19

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ 15-il pazjent

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru 146 każ ġdid ta' Covid-19 li nstabu minn fost 3,809 testijiet li saru lbieraħ.

Apparti minn hekk fiequ 15-il pazjent ieħor biex issa l-każi attivi jlaħħqu l-1,963 każ.

Minkejja l-għadd ta' każi attivi, il-pazjenti fl-isptarijiet jibqgħu ftit. Fil-fatt, f'Mater Dei hemm 18-il pazjent bil-Covid-19 u persuna waħda biss fl-ITU.

L-awtoritajiet tas-saħħa spjegaw ukoll kif mill-195 każ li nstabu lbieraħ, 125 każ kienu fost persuni li għandhom bejn 10 u 39 sena, bl-età medja tkun dik ta' 29.

It-tilqim kompla wkoll miexi 'l quddiem. Sa issa Malta amministrat 724,343 doża tal-vaċċin.

357,558 persuna issa huma mlaqqma kompletament filwaqt li 383,867 persuna qed jistennew it-tieni doża.

Dan ifisser li 81% tal-popolazzjoni adulta f'Malta hija mlaqqma kompletament, filwaqt li 85% tal-Maltin ħadu mqar doża waħda.

Mil-lum infetħu wkoll il-walk-in clincs fejn Maltin u persuni residenti f'Malta jistgħu jmorru jieħdu l-vaċċin mingħajr il-bżonn ta' appuntament.

Aqra wkoll:

More in Politika