Għat-tieni jum jiġu rreġistrati 12-il każ ġdid ta' Covid-19 minn 2,235 test u tfieq persuna

Ir-rata ta' pożittività għall-virus, titla' minimament, għal 0.5%

Mill-ġdid illum kienu rreġistrati 12-il każ ġdid, minn total ta' 2,235 test, li jfisser illi r-rata ta' pożittività tal-virus fl-aħħar  24 siegħa kienet ta' 0.5%, żieda minima mill-ġimgħa l-oħra meta r-rata kienet madwar 0.2%. 

Intant fl-istess perjodu ta' ħin fieqet persuna, filwaqt li għal darba oħra ma kienet reġistrata ebda mewt b'rabta mal-Covid-19. 

Intant, id-dożi mogħtija issa laħqu s-685,024 li minnhom 362,986 huma persuni li ħadu mill-inqas doża u 336,800 huma persuni li ħadu t-tieni doża tal-vaċċin ukoll. 

More in Politika