'Xieraq li jkunu riveduti l-protokolli dwar il-festi' - Il-baned wara ċ-ċelebrazzjoni tal-Ħamrun

L-Għaqda Każini tal-Banda ilmentat li f'Malta hawn 'liġi għal min hu b' saħħtu u liġi għall-bqija'

Ritratt miċ-ċelebrazzjoni fil-Ħamrun
Ritratt miċ-ċelebrazzjoni fil-Ħamrun

L-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda ħeġġet lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika biex wara konsultazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda tirrevedi b’serjetà l-protokolli ħalli jkun permess li jiġu ċċelebrati anke, b’mod ridott, il-festi. 

Fi stqarrija, l-Għaqda Każini tal-Banda ferħet lill-Ħamrun Spartans li saru ċ-Champions tal-Futbol Malt iżda wriet id-dispjaċir tagħha wara ċ-ċelebrazzjonijiet li saru lbieraħ fi Triq il-Kbira San Ġużepp.

"Qisu hawn liġi għal min hu b' saħħtu u liġi għall-bqija," qalet l-Għaqda.

Kien għalhekk, li l-Għaqda Każini tal-Baned appellat biex issir konsultazzjoni u jiġu riveduti l-protokolli biex il-festi u l-attivitajiet kulturali relatati, ikunu jistgħu jiġu ċċelebrati b'mod ridott. 

"L-għan tagħhom fuq kollox hu li nħarsu l-patrimonju kulturali nazzjonali ta pajjiżna," temmet tgħid l-Għaqda.

More in Politika