Il-każi attivi jinżlu għal 32; Tliet każi ġodda u jfiqu erba' pazjenti

It-tilqim kompla wkoll b'ritmu tajjeb ħafna, hekk kif sa issa Malta amministrat 616,102 dożi

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru tliet każi ġodda ta' Covid-19 filwaqt li kkonfermaw li fiequ erba' pazjenti oħra.

Dan ifisser li l-każi attivi issa niżlu għal 32.

It-tilqim kompla wkoll b'ritmu tajjeb ħafna, hekk kif sa issa Malta amministrat 616,102 dożi.

278,588 persuna issa huma mlaqqma kompletament filwaqt li 348,633 qed jistennew it-tieni doża.

Ilbieraħ saru 1,965 test. 

More in Politika