Grech jikteb lil FATF dwar il-lista l-griża; 'Jisħaq li l-PN lest isewwi r-reputazzjoni ta' Malta'

Id-deċiżjoni formali dwar Malta mistennija tittieħed fit-23 ta' Ġunju

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech kiteb lit-Task Force għall-Azzjoni Finanzjarja (FATF), wara rapporti li Malta tista' titpoġġa fil-lista l-griża minn dan il-grupp li jiġġieled il-ħasil tal-flus.

Grech wiegħed li Gvern ġdid nazzjonali jaħdem biex isewwi r-reputazzjoni ta' Malta.

Il-protokolli u r-regoli ta’ Malta biex tiġġieled kontra l-ħasil tal-flu ġew evalwati mill-FATF wara ġimgħat sħaħ ta’ investigazzjoni minn osservatuti internazzjonali.

Il-Grupp għall-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-FATF analizza r-regoli li għandha Malta wara l-assessjar riċenti li sar mill-Moneyval. Ibbażat fuq dan ir-rapport, il-FATF se jkun qed jiddeċiedi jekk Malta għandhiex tispiċċa fuq il-lista l-griża.

Grech qal lil FATF li l-industrija tas-servizzi finanzjarji f'Malta għamlet "investiment sostanzjali u tanġibbli biex tkun konformi ma' miżuri ta' mitigazzjoni kontra l-ħasil tal-flus. Insista li dawn jinsabu d-diżappuntanti "bl-aġir tal-ftit li setgħu kienu jafu aħjar."

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, fuq Facebook, esprima wkoll id-diżappunt tiegħu wara li skont rapporti mhux ikkonfermati, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Ġermanja ħadu pożizzjoni kontra Malta.

"Insista li din hija kwistjoni ta' importanza nazzjonali u jista' jkollha impatt negattiv bla preċedent fuq is-servizzi finanzjarji f'Malta, l-industrija tal-gamin u oħrajn," saħaq Grech.

'Jekk dan il-proċess tekniku jiġi mnawwar minn motivi politiċi ulterjuri, l-eżitu se jkun kaxxa magħluqa'

Intant, fuq Facebook, il-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana saħaq li jekk dan il-proċess tekniku jiġi mnawwar minn motivi politiċi ulterjuri, l-eżitu se jkun kaxxa magħluqa.

Caruana saħaq li ġie kkuntattjat minn diversi ġurnali fuq dak li għaddej.

"Kif għidt ftit tal-ġimgħat ilu, pajjiżna għadda mill-punti kollha fl-eżami tekniku tal-Moneyval. Bħalissa għaddejja d-diskussjoni dwar dan ir-rapport fl-FATF. Jekk nimxu biss bil-ħsieb loġiku li pajjiż jgħaddi abbażi ta’ dan l-eżerċizzju, Malta se tgħaddi," saħaq Caruana.

Madanakollu saħaq li jekk jidħlu motivi politiċi li jweħħlu lil Malta, dan ma jkunx ġust max-xogħol serju li qed isir u sar matul din l-aħħar sena u nofs

"Minkejja ċ-ċokon tagħna, dan jibqa’ Stat sovran li għandu identità, bandiera u innu. Kif pajjiżi oħra jħarsu l-interessi tagħhom, aħna wkoll inkunu qed nieħdu l-passi kollha biex inħarsu l-interessi ta’ pajjiżna u tal-poplu tagħna," insista Caruana.

More in Politika