Il-każi attivi jinżlu għal 45; Tliet każi ġodda u amministrati aktar minn 600,000 doża tal-vaċċin

Fl-aħħar 24 siegħa fiequ disa' pazjenti oħra

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru tliet każi ġodda ta' Covid-19, filwaqt li fiequ disa' pazjenti oħra.

Dan ifisser li l-każi attivi komplew neżlin biex issa f'Malta hawn 45 persuna marida bil-virus.

Intant Malta amministrat total ta' 604,033 doża tal-vaċċin.

270,754 persuna issa huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 344,272 persuna qed jistennew it-tieni doża.

Ilbieraħ saru 1,798 test.

More in Politika