Malta taġġorna l-lista oranġjo; Strumentali ċ-ċertifikat tal-vaċċin għas-safar lejn dawn il-pajjiżi u oħrajn

Persuni li għandhom ċertifikat tat-tilqim rikonoxxut mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika jistgħu jivjaġġaw ukoll lejn pajjiżi oħra li mhumiex fil-lista oranġjo imma f'lista oħra ppubblikata llum

Malta llum emenday il-lista ta' pajjiżi fuq il-lista oranġjo. Fil-fatt, stqarrija spjegat kif ċittadini Maltin u residenti f’Malta għandhom juru ċ-ċertifikat tal-vaċċin rikonoxxut mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika meta jaslu Malta minn xi wieħed minn dawn il-pajjiżi, jew jippreżentaw PCR test negattiv li jsir mhux aktar minn 72 siegħa qabel jitilgħu l-ajruplan lejn Malta. 

il-lista riveduta ta’ pajjiżi hija:

L-Andorra

L-Awstrija

L-Awstralja

Il-Belġju 

Il-Belt tal-Vatikan

Il-Bulgarija

Iċ-Ċina

Ċipru

L-Emirati Għarab Magħquda

L-Estonja

Iżrael

Il-Finlandja

Franza 

Il-Ġappun

Il-Ġermanja 

Il-Ġordan

Il-Greċja 

L-Irlanda 

L-Italja 

L-Iżlanda

Il-Kanada

Il-Korea t’Isfel

Il-Kroazja

Il-Latvja

Il-Libanu

Il-Liechtenstein

Il-Litwanja

Il-Lussemburgu

Monako

New Zealand

In-Norveġja

L-Olanda

Il-Polonja 

Il-Portugall 

Ir-Renju Unit

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-Rumanija

San Marino

Singapor

Slovakkja

Is-Slovenja

Spanja 

L-Iżvezja

L-Iżvizerra 

It-Tajlandja 

It-Turkija

L-Ungerija

Fil-każ tal-Istati uniti, din hija limitata għal dawn l-istati: Washington, Oregon, Louisiana, Arizona, West Virginia, Colorado, North Dakota, Indiana, Georgia, Texas, Pennsylvania, North Carolina, Tennesse, Iowa, Nebraska, Ohio, South Carolina, New Mexico, Florida, Virginia, Maine, South Dakota, Michigan, Illinois, Delaware, Wisconsin, Puerto Rico, Hawaii, New Jersey, Minnesota, Connecticut, Alaska, New Hampshire, Maryland, New York, Rhode Island, Distrett ta’ Columbia, Massachusetts, Vermont, California.

Apparti minn hekk, l-istqarrija spjegat kif kull persuna li għandha ċertifikat tat-tilqim rikonoxxut mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika jistgħu wkoll jivvjaġġaw lejn u minn Malta minn kull pajjiż elenkat f'din il-lista:

Belarus, Beliże, Bożnja u Herzegovina, Butan, Fiji, Ġamajka, Ġeorġja, il-Gżejjer Faroe, il-Kosovo, il-Każakstan, il-Maċedonja tat-Tramuntana, il-Montenegro, il-Moldova, il-Vjetnam, l-Eġittu, l-Iran, il-Libja, il-Panama, il-Qatar, Kuba, is-Serbja, it-Tajwan, l-Albanija, l-Armenjam l-Ażerbajġan u l-Arabja Sawdija.

More in Politika