10 każi ġodda minn 2,275 test; Jingħataw kważi 8,600 doża tal-vaċċin f'ġurnata

B'kollox, ġew amministrati 528,592 doża tal-vaċċin

Ilbieraħ ingħataw kważi 8,600 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 hekk kif aktar persuni qed ikomplu jitlaqqmu.

Fil-fatt, b'kollox, ġew amministrati 528,592 doża tal-vaċċin.

218,321 persuna huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 319,574 persuna qed jistennew it-tieni doża.

Ilbieraħ saru wkoll 2,275 test u minn dawn ġew ikkonfermati 10 każi pożittivi filwaqt li erba' persuni oħra fiequ.

More in Politika