Minkejja r-rilaxx ta' diversi miżuri l-każi jibqgħu baxxi; Żewġ każi ġodda u jfiqu erba' persuni

Aktar minn 208,000 persuna issa huma mlaqqma kompletament kontra l-Covid-19

Minkejja r-rilaxx ta' diversi miżuri kontra l-Covid-19, il-każi jibqgħu baxxi, hekk kif l-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru żewġ każi ġodda minn 1,722 test li saru lbieraħ.

Apparti minn hekk fiequ erba' persuni oħra, biex issa l-każi attivi f'Malta huma ta' 66.

Intant, aktar persuni komplew jitlaqqmu. Sa issa ġew amministrati 515,662 doża.

208,118-il persuna issa huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 316,747 persuna qed jistennew li jingħataw it-tieni doża fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin.

More in Politika