Fl-aħħar 24 siegħa irriżultaw biss tliet każi ta' Covid-19 minn 1,492 swab test, filwaqt illi fiequ mill-virus ħamsa minn nies biex it-total ta' każi attivi huwa ta' 69 persuna.
Sfortunatament kienet irreġsitrata mewta ta' persuna ta' 77 sena wara ġimagħtejn u nofs illi matulhom ma kienu rreġistrati ebda mwiet kawża ta' dan il-virus. L-aħħar mewta kienet irreġistrata nhar is-7 ta' Mejju.
Dan ifisser illi issa t-total ta' mwiet minn Marzu tas-sena l-oħra tela' għal 418.
Intant il-proċess ta' vaċċinazzjoni kompla għaddej biex laħħaq total ta' 482,577 doża li minnhom 183,556 huma persuni li ħadu t-tieni doża wkoll.
Ilbieraħ tħabbar li Malta laħqet il-Herd immunity, hekk kif 70% tal-popolazzjoni issa ħadet imqar l-ewwel doża. Dan filwaqt li 42% tal-poplu ħa t-tieni doża wkoll.