Fearne dwar l-industrija tad-divertiment: 'Żommu mal-aħbarijiet uffiċjali mhux x'jgħid xi ħadd fuq Facebook'

Għaddejjin diskussjonijiet mal-industirja tal-arti u d-divertiment, anke fid-dawl tal-pubblikazzjoni tal-Vaccine Pass lokali, fil-jiem li ġejjin

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal illi bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-industrija tad-divertiment, inkluż mal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Industrija tal-Arti u d-Divertiment, u dan fid-dawl ta' rabja u anke petizzjoni quddiem il-Parlament bl-isem Re-Start, biex il-Gvern jagħti direzzjoni lis-settur tal-arti, kultura u anke divertiment

Fearne għamel referenza għall-kontroversja li nqalgħet wara kumment miċ-Chairman tal-Fondazzjoni Valletta Jason Micallef li qal illi sa' Settembru mhux se jitħallew isiru avvenimenti, lanqas ikkontrollati u appella:  "Żommu mal-aħbarijiet uffiċjali, mhux x'qal xi ħadd fuq Facebook nagħmluh vanġelu."

Huwa qal dan waqt konferenza illi matulha ħabbar li Malta laħqet il-herd immunity u li mill-1 ta' Lulju l-ilbies tal-maskri fuq barra mhux se jibqa' obbligatorju meta persuna tkun waħedha jew ma' persuna oħra li tkun ħadet il-vaċċin ukoll.

More in Politika