Mill-1 ta' Lulju daqshekk ilbies ta' maskri fuq barra għal dawk li ħadu l-vaċċin

Iżda l-maskri se jibqgħu għal dawk fi gruppi ta' aktar minn żewġ persuni u fuq ġewwa

Fl-1 ta' Lulju ġej, jekk in-numri jibqgħu jippermettu u jibqgħu baxxi kif inhuma bħalissa, il-maskri jistgħu jibdew jitneħħew meta persuna tkun fuq barra u jekk tkun waħedha jew ma' persuna oħra li ħadet il-vaċċin ukoll. 

Ħabbar dan il-Ministru tas-Saħħa u Deputat Prim Ministru Chris Fearne, hekk kif żvela li Malta llum laħqet il-herd immunity, jiġifieri 70% tal-poplu li ħa mqar doża waħda biss tal-vaċċin. 

Il-maskri iżda jridu jibqgħu jintlibsu fi stabbilimenti jew postijiet fuq ġewwa kif ukoll meta persuni jiltqagħu fi gruppi kbar.  Huwa qal li l-ilbies tal-maskri jibqa' rrakomandat, imma mhux obbligatorju bil-liġi.

Fearne ħabbar ukoll li din il-ġimgħa se jkun imniedi l-Vaccine Pass Malti, sabex jintuża wkoll f'aktar attivitajiet li se jkunu qed jiftħu matul il-ġimgħat li ġejjin.  Dan huwa differenti mid-Digital Green Pass, li se jinħareġ fuq bażi Ewropea. 

Huwa aċċenna fuq l-importanza ta' dan iċ-ċertifikat biex persuni jkunu jistgħu jattendu attivtajiet partikolari li se jkunu qed jiftħu f'Lulju, Awwissu u wara.

More in Politika