Il-każi attivi jinżlu għal 100; Żewġ każi ġodda u jfiqu 22 pazjent

158,489 persuna issa huma mlaqqma kompletament

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru żewġ każi ġodda ta' Covid-19 filwaqt li fiequ 22 persuna oħra.

Dan ifisser li l-każi attivi komplew jonqsu biex issa, f'Malta, hawn 100 persuna pożittiva għall-virus.

It-tilqim miexi wkoll b'ritmu tajjeb ħafna. B'kollox sa issa, ġew amministrati 445,830 doża tal-vaċċin.

158,489 persuna issa huma mlaqqma kompletament. 293,178 persuna qed jistennew it-tieni doża.

Ilbieraħ saru 2,234 test. 

More in Politika