Il-Prim Ministru jgħid li lest iwieġeb il-mistoqsijiet kollha dwar Carmelo Abela aktar tard illum

Il-Prim Ministru għadu ma kkummentax wara li sar magħruf li Alfred Degiorgio semma lil Abela bħala kompliċi fil-każ tal-attentat serqa tal-HSBC fl-2010

Il-Prim Ministru Robert Abela, li llum ħareġ mill-kwarantina wara ħmistax, qal li se jkun qed iwieġeb il-mistoqsijiet kollha dwar il-Ministru Carmelo Abela, aktar tard illum.

Mistoqsi mill-ġurnalisti huwa u dieħel Kastilja, dwar għaliex għadu qed iżomm lill-Ministru, li qed ikun implikat minn Alfred Degiorgio fl-attentat tas-serqa tal-HSBC fl-2010, il-Prim Ministru qal li se jkun hemm ċans aktar tard illum, biex il-ġurnalisti jistaqsu l-mistoqsijiet.

Mhux magħruf għaliex il-Gvern se jkun qed isejjaħ konferenza tal-aħbarijiet, aktar tard illum.

Abela kien mgħajjat mill-Pulizija biex ikun mistoqsi xi mistoqsijiet wara li Alfred Degiorgio, wieħed mill-irġiel akkużat bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, semma lil Ministru bħala kompliċi fl-attentat ta' serqa mill-kwartieri tal-HSBC fl-2010.

Il-Ħadd li għadda, il-gazzetta oħt MaltaToday irrapportat li l-Pulizija qed jinvestigaw l-allegazzjonijiet li qed isiru fil-konfront ta’ Abela. Abela qed jinsisti li hu mhux qed ikun investigat.

Sa issa l-Prim Ministru għadu ma kkummentax dwar dan. 

Aqra wkoll:

More in Politika