Il-każi attivi jkomplu nieżla; Tliet każi ġodda u aktar minn 7,000 doża tal-vaċċin

152,581 persuna issa huma mlaqqma kompletament

Il-każi attivi tal-Covid-19 issa niżlu għal 120, hekk kif instabu tliet każi ġodda u fiequ 11-il persuna.

Ilbieraħ saru 1,875 test.

It-tilqim kompla b'ritmu tajjeb immens hekk kif f'24 siegħa ngħataw aktar minn 7,000 doża. Issa bdew jitlaqqmu dwar li għandhom aktar minn 16-il sena.

152,581 persuna issa huma mlaqqma kompletament. 289,855 persuna qed jistennew biex jingħataw it-tieni doża. 

B'kollox ġew amministrati 437,654 doża. 

More in Politika