Minn nhar it-Tnejn il-proċess ta' vaċċinazzjoni jiftaħ ukoll għal dawk bejn 16 u 30 sena

Sa issa kienu mogħtija 392,929 doża tal-vaċċin...

Minn nhar it-Tnejn li ġej li l-proċess ta' vaċċinazzjoni se jiftaħ ukoll għal dawk li għandhom bejn 16 u 30 sena, hekk kif il-proċess issa miexi ġmielu, bit-total ta' dożi mogħtija sal-lum ikun ta' 392,929 - li minnhom 127,255 kienu persuni li ħadu t-tieni doża wkoll. 

Ħabbar dan id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu, waqt li kien qed ifakkar il-Jum Internazzjonali tal-Infermiera. 

Sal-Ġimgħa li għadda 51% ta' dawk bejn 30 u 40 sena kienu diġà ħadu l-vaċċin, b'eluf ta' persuni jieħdu wkoll t-tilqima tal-Johnson&Johnson.

Intant fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati biss ħames każi minn total ta' 2,170 swab test, filwaqt li fiequ 17-il persuna.  Dan ifisser li t-total ta' każi attivi issa niżel għal taħt il-200, preċiżament 192.

More in Politika