Luana Borg terġa' tkun irrapportata nieqsa; Il-Pulizija tgħid li tilbes burka biex ma tintgħarafx

Il-Pulizija titlob għall-għajnuna

Luana Borg, tfajla ta’ 15-il sena ġiet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija. Din mhijiex l-ewwel darba li l-istess tfajla kienet irrapportata nieqsa, inkluż fl-aħħar xhur.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li t-tfajla  tilbes burka biex ma tintgħarafx.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

More in Politika