L-inqas ammont ta' każi ġodda f'xhur; Sitta pożittivi għall-Covid-19 u jfiqu 15

L-ebda mewta ma kienet irreġistrata għar-raba' ġurnata konsekuttiva

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru sitt każi ġodda ta' Covid-19, l-inqas ammont ta' każi ġodda wara xhur. Apparti minn hekk fiequ 15-il persuna.

Dan ifisser li l-każi attivi komplew jonqsu għal 204.

L-ebda mewta ma kienet irreġistrata għar-raba' ġurnata konsekuttiva.

It-tilqim miexi wkoll b'rata mgħaġġla. Sa issa ġew amministrati 386,760 doża.

Minn dan, 123,843 persuna huma mlaqqma kompletament, filwaqt li 265,361 qed jistennew it-tieni doża.

More in Politika