Kważi 5,500 doża f'24 siegħa ... għat-tielet jum ma jkunu rreġistrati ebda mwiet

30 każ ġdid, 38 persuna tfieq biex it-total ta' każi attivi issa huma ta' 280

Fl-aħħar 24 siegħa kienu 5,470-il persuna li ħadu doża tal-vaċċin biex it-total ta' dożi mogħtija sa issa telgħu għal 352,421 - b'111,318-il persuna jieħdu t-tieni vaċċin ukoll. 

Intant fl-aħħar 24 siegħa wkoll irriżultaw 30 każ ġdid minn total ta' 1,785 swab test u fiequ 38 persuna biex it-total ta' każi attivi reġa' niżel għal 280. 

Għat-tielet jum din il-ġimgħa ma kienet irreġistrata ebda mewt ta' persuni li kienu pożittivi għall-Covid-19.

More in Politika