Il-PA tgħid li hi qatt ma talbet u lanqas qed titlob li jitneħħew in-niċeċ jew il-minjatura tal-Knisja fil-Għargħur

Tappella biex tieqaf il-miżinformazzjoni u tgħid li talbet biss li jitneħħew strutturi li tpoġġew bla permess riċentement u li 'kienu qed jiżdiedu kull ġimgħa'

In-niċeċ u l-minjatura tal-Knisja parrokkjali tal-Għargħur
In-niċeċ u l-minjatura tal-Knisja parrokkjali tal-Għargħur

L-Awtorità tal-Ippjanar sostniet illi qed iddur miżinformazzjoni dwar in-niċeċ fil-Għargħur mibnija minn Rennie Borg u sostniet mill-ġdid li n-niċeċ, fosthom tal-Madonna u l-minjatura tal-Knisja fiż-żona magħrufa bħala Top of the World mhumiex se jitneħħew, minħabba l-fatt li "dawn ilhom stabbiliti żmien twil fuq is-sit."

L-Awtorità qalet illi huma biss strutturi li nbnew riċentement li se jitneħħew u li saru mingħajr permess. "L-awtorità ħadet azzjoni wara ilmenti, imma fl-ebda punt ma qalet jew talbet lil Borg biex ineħħi l-istrutturi bħan-niċeċ."

L-Awtorità qalet illi l-istrutturi ta' konkrit tpoġġew biss fl-aħħar żmien fuq art ODZ u sostniet illi dawn l-istrutturi kienu qed jikbru "minn ġimgħa għal ġimgħa." 

Appellat biex jieqfu petizzjoni b'informazzjoni ħażina.

 

More in Politika